Diskussjoni ma' Sandro Micallef
Sandro Micallef huwa wiehed mill-ftit ġurnalisti full timers gewwa pajjiżna. F’diskussjoni miegħu gewwa l-Mcast , tkellimna fuq ħafna aspetti differenti fosthom kif bdiet il-karriera ġurnalisitka tiegħu fis-settur sportiv. L-iktar suġġett li ġibidli l-attenzjoni kien il-fatt jekk il-gurnalizm f’Malta m’huwiex apprezzat biżżejjed mill-pubbliku.
Sandro fetaħ fuq ħafna implikazzjonijiet
kif u meta jkun stmat biżżejjed il-ġurnaliżmu sportiv. Huwa qal li fil-fehma
tiegħu , l-iktar nies li japprezzaw il-ġurnaliżmu sportiv huma dawk li
jikkompetu f’kompetizzjonijiet żgħar minħabba li isimom jixxandar fuq
l-aħbarijiet. Huma ma jkunux qiegħdin jistennew li ha jissemew b’hekk jkun hemm
ċertu apprezzament minħabba l-fatt li qiegħdin jingħataw importanza daqs
l-isports l-iktar popolari.
Sandro kompla jgħid li l-isports iż-żgħar bħal boċċi,ċess u kif ukoll il-cricket dejjem jiġu msemijin fuq ix-xandir nazzjonali u jiġu ukoll rrapurtati riżultati apparti li plejers tal boċċi ukoll gieli kienu mistiednin fuq programmi tagħhom u juru ħafna l-apprezzament tagħhom fil-pubbliku stess. Skontu, l-iktar nies li ma japprezzawx ix-xogħol tal-ġurnalisti huwa il-pubbliku.
Fil-fehma tiegħu , ma japprezzawx il-fatt li l-ġurnalist biex
jagħmel kummentarju irid jipprepara kif inhu suppost, pero mhux kull
kummentarju jkun mill-post fejn qiegħed tintlagħab il-logħba. Ghalhekk, dan
it-tip ta’ kummentarju jissejjaħ "OFFTUNE" fejn il-kummentarju jsir mill-istudio
u mhux mill-grawnd. L-eżempju li ġab kien li waqt logħba, jekk jkun hemm
plejer ma’ l-art sakemm ma ġġibux il-kamera waqt l-azzjoni, il-kummentatur ma’
jistax jinduna b’dan l-avveniment.
Ġieli kien hemm kummenti bħal ‘’kif ma raħx ijad il-grawnd’’ fejn
fil-verita hu ma jkunx il-grawnd imma jkun ijad l-istudio jikkumenta min fuq Television.
Ħafna mil-logħbiet saru jiġu kkumentati mill-istudio u mhux mill-grawnd dirett
minħabba li naqsu ir-riżorsi forsthom il-flus fejn ħolqot kriżi finanzjarja u
halliet impatt qawwi fl-industrija tal-midja.
Il-pubbliku irid jifhem il-fatt li meta tikkumenta mill-istudio, ċertu
żbalji ħa jsiru hekk kif inti mandekx il-verifika doppja ta’ plejer partikolari
jekk dan jkun qiegħed jagħmel il warming up allura jista jkun hemm xi żball fxi
ismijiet ta’ ċertu plejers.
Comments
Post a Comment