Frame football f'Malta

 Frame football gie mwaqqaf fl-4 ta' Lulju gewwa Coventry fl-Ingilterra. Dan l-isport jagħti ċans lil dawk it-tfal kollha li għandhom xi diżabilita u jixtiequ jilgħabu l-futbol, jużaw tipi ta' frejms fejn ikunu jistaw jserrħu magħhom u jimxu skont id-direzzjoni li jkun hemm bzonn sabiex jigru wara il-ballun. Dan l-isport idaħħal f'pajjiżna min Rita Darmanin Carbonaro, fejn bl-inizzjativa tagħha fetħet opportunita ġdida lil-dawk it-tfal kollha b'xi kundizzjoni biex jilgħabu l-isport li tant għandhom interess għalieh. Dan l-isports ser jerga jibda jintlgħab mix-xahar ta' Dicembru wara il-waqfien minħabba l-pandemija tal-Covid 19.

Il-Ministru ta' l-inkluzjoni u l-ħajja soċjali Julia Portelli flimkien mas-segretarju parlamentari ghaż-żgħazagħ u l-isport Mark Cutajar ħabbru li l-gvern li ser tigi offruta is-somma ta' 21,000 euro sabiex jinxtraw 31 frejm speċjali sabiex it-tfal jkunu jistaw jilgħabu il-futbol b'dan l-apparat. Dan l-investiment se jagħti garanzija sabiex dawn it-tfal jkollhom l-assistenza kollha mehtieġa biex jilgħabu dan l-isport tant għal qalbhom. Mistoqsija fuq din l-inizzjativva, Il-ministru portelli sostnit li l-isport huwa importanti f'pajjiżna u huwa importanti li kullhadd jinghata ċ-ċans indaqs fejn fil-ġimghat li gejjin ser tiġi mħabbra strategija importanti fuq nies b'diżabilita.

Dawn il-proposti imħarrġa mill-minsteru ntlaqtu tajjeb ma' nies speċjalment mingħand dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom ibatu min xi kundizzjoni hekk kif b'dawn l-inizjattivi il-ħolma tagħhom tista tiġi realta. Il-Minsitru Portelli enfazzizat ukoll li huwa importanti ħafna li dawn it-tfal jkollhom post fejn huma jħossuhom komdi jagħmlu dawk li jixtiequ mingħajr ebda tfixkil avolja jilgħabu l-isport b'mod differenti. Is-segretarju ghal-isport Clifton Grima qal li kien mument storiku li pajjiżna se jibda ikollu sport fejn tfal jistgħu jilgħabu b'diżzabilita. Hu kompla jisħaq li kull persuna għandha dritt tagħmel dak li tħobb għalhekk il-gvern ha din l-inizjattiva għaliex kull persuna hija importanti u b'dizabilita jew le kullħadd għandu jipparteċipa fl-isport tant għal qalbu.


Mark Cutajar flimkien mas-segretarju parlamentari Clifton Grima qalu li din l-izzjiattiva tgħin lil dawn it-tfal fil-ħajja tagħhom ta' kuljum,jkollhom soċjeta iktar b'saħħitha, u kif ukoll iktar suċċessi fil-futur tagħhom. Dr.Grima qal li din l-inizzjattiva turi li dan huwa gvern huwa tan-nies u jikreja opportunitajiet biex ħadd ma jaqa lura mill-ambizzjonijiet tiegħu. Il-president tal-Frame Football Malta Rita Carbonaro qalet li l-investimenti maħruġa mill-gvern joffru opportunitajiet sabiex dawn it-tfal ikomplu jitjiebu fl-isport li jħobbu jagħmlu speċjalment il-logħba tal-ballun. Din titfagħhom ma' livell għoli ta' klabbs li hemm barra min xtutna fejn il-quddiem ser jiġu ukoll organizzati turnaments biex jesperjenzaw kompettitivita fill-karriera tagħhom min eta' zgħira.





Comments

Popular posts from this blog

L-10 mistoqsijiet (Journalism Studies)

L-Importanza ta' Dunstan Vella fit-tim ta' Hibernians