L-Importanza ta' Dunstan Vella fit-tim ta' Hibernians

 


Il-kampjonat Malti qiegħed jieħu l-forma wara li ntlagħbu 15 il-partita, fejn Hibernians FC qiegħdin jokkupaw l-ewwel post bi 33 punt u Floriana fi tieni post bi 29 punt. Il-klabb Pawlist huwa wieħed mit-timijiet favoriti sabiexl jirbaħ il-kampjonat ta’ din is-sena hekk kif l-iskwadra hi b’saħħitha ħafna u kif ukoll Hamrun Spartans li għaddejin b’ħidma intensiva sabiex jkomplu isaħħu l-iskwadra ewlenija. 

Wieħed mill-protagonisti ta’ din is-sena kien bla dubju il-midfielder ta’ Hibernians Fc, Dunstan Vella. Dunstan sar plejer importanti ħafna ghat-tim pawlist, il-blalen li jirbaħ f’nofs il-grawnd u l-kapacita li jaqra il movimenti qabel l-oħrajn jagħmluh plejer uniku li m’hijiex faċli li ssib plejers jokkupaw din it-tip ta’ kariga.





F’intervista ġewwa l-Hibernians Stadium, tkellimna ma’ Dunstan Vella fejn iddiskutejna ħafna affarjiet fosthom l-ambizzjonijiet ta’ Hibernians dan l-istaġun. Komplejna niddiskutu fuq il-ħajja tiegħu personali, fejn stqarr li bħala plejer professjoanli jkollu joqgħod attent x’jiekol għaliex hekk ma jiekolx kif suppost dan jista jħalli effett negattiv fuq il-pitch.

Tkellimna ukoll ma’ Ryan Pulis, l-assistant kowc ta’ Hibernians fejn huwa qal li Dunstan huwa plejer kruċjali għat-tim minħabba l-prestazzjonijiet tajbin li jagħti fil-grawnd minn ġimgħa ghall-ġimgħa. Pulis kompla jgħid li l-plejers jingħataw taħriġ specjali gewwa l-gym’s lokali, apparti it-taħriġ ta’ kuljum il jkollom mal-klabb.



Il-headcoach ta’ tim Nazzjonali Malti Devis Mangia saħaq li Dunstan kien sofra injury serja fix-xhur li għaddew allura ma setax jkun inkluz ma’ l-iskwadra ta’ tim nazzjoanli. Minkejja li l-pozizzjoni centrali ta’ tim nazzjonali hija b’saħħitha, ma naqasx milli jgħid li Dunstan jista jilgħab dik il-pozizzjoni fil-futur.

Dunstan ukoll jikkompeti fil-logħba tal-playstation Fifa, fejn is-sena l-oħra huwa rnexxielu jikkwalifika għall-tournament organizzat mill-MFA fl-isem ta’ Malta BOV E-Premier League. Huwa rnexxielu jikseb ir-raba post min sittax il-plejer fejn kien ijad jirrapreżenta lil-klabb ta’ Hibernians stess minħabba li huwa plejer tal-klabb. Issa Hibernians jmissom kontra it-tim ta’ Santa Lucia FC, fejn se tkun partita oħra importanti għar-rebħ tal-kampjonat Malti.  

Comments

Popular posts from this blog

L-10 mistoqsijiet (Journalism Studies)

Frame football f'Malta