Il-baġit tal-2022

Il-baġit ppreżentat mil-ministru tal-finanzi Clyde Caruana, ġew mħabbrin miżuri ġodda fejn għandu x'jaqsam is-settur tax-xogħol. L-iktar miżuri li qanqlu interess fost il-ħaddiema kienu il-''work benfits'',rifużjoni tat-taxxa u tnaqqis fit-taxxa għal part-timers kollha. Il-part timers kollha ser jiġu ingħatati lura ir-rifjuzjoni tat-taxxa li titla bejn 60e u 140e. Dawn il-miżuri kollha gew implementati biex meta dawn il-ħaddiema jkollhom il-pensjoni, jkunu jistgħu jħallsu l-bolla tas-sigurta soċjali.


Iktar miżuri li zġur li l-ħaddiema se jieħdu interess fihom huma tnaqqis fir-rata tax-xogħol part-time minn 15% għal 10% mill-10,000e dħul mill-overtime tal-ħaddiema. Iktar miżuri li jolqtu is-settur tax-xoghol huma żieda fid-dħul għal koppji li jitla min 35,000e ghal 50,000e biex jingħat l-in work benefits, u fejn jidħlu single mothers u single fathers ir-rata tagħhom ser togħla min 26,000e ghal 35,000e. Il-miżura tac-childcare b'xejn ser tibqa tingħata il-dawk kollha li jaħdmu bix-xift, filgħaxija jew fit-tmiem il-gimgħa.



Fil-baġit ġie mħabbar li se jsir investiment ta 93 miljun fl-iskejjel edukattivi biex kullħadd jitgħallem f'ambjent komdu u jsir użu tajjeb mill-arja kkundizzjonata. Gie mqanqal hafna l-interess fuq l-istudenti, speċjalment mil-ministru għal l-edukazzjoni Justyne Caruana fej qalet li l-istudeniti huma l-futur ta' dal-pajjiz u ser ikomplu ix-xogholijiet fuq l-iskejjel ta' Nadur,l-Gharb, ir-Rabat u l-kampus il-ġdid f'Għawdex.Il-ministru Clyde Caruana ħabbar li ser jiżdied l-istupendju b'10% u kif ukoll l-istudenti ser jkunu intotolati sabiex jaħdmu 25 siegħa fil gimgħa , minflok 20 siegħa fil-gimgħa. .L-ezamijiet tal- MATSEC ser jibqgħu isiru fl-iskola fejn l-istudent jkun qiegħed jattendi, kif ukoll studenti b’dizabilita ser jigu assistiti ukoll wara li jispiċċaw is-sekondarja , dejjem jekk jkun hemm interess li titkompla l-iskola. 


Iktar miżuri li jinteressaw l-istudenti jolqtu l-apprentistati fejn ser jkun hemm zieda ta' studenti jaħdmu ma' iktar kumpaniji privati. Reġghet daħlet il-miżura li l-istudenti juzaw tallinja mingħajr ebda ħlas permezz ta' tallinja card.l-anzjani ukoll ser igawdu min skemi ġodda msemmija fil-baġit ta' din is-sena. Skema li tgħin il-anzjani hija li għal darb'ohra ser jingħataw il-mediċini b'xejn, mediċini tal-onkoloġija, psikjatriċi, mard taċ-ċirkulazzjoni, mard rari u l-IVF. Ser jitneħħew il-miżuri tat-taxxa fuq id-djar antiki fosthom dawk li ijlom mibnija iktar minn 20 sena u joqodu iktar min 7 fl-istess propjeta. It-taxxa tad-dħul ghall-artisti se tmiss is-7.5% fejn ser tiġi mis-seħħ mis-sena 2022 fuq bażi ta' 3 snin.


Investiment ieħor f'koloborazzjoni ma' Sport Malta ser jaffetwa lil dawk kollha delattanti mar-rowing fej ser jigu investiti flus f'rowing tank nazzjonali ġdid. Rajna baġit ieħor b'saħħtu fejn jolqot kull settur possibli b'investimenti ġodda madwar Malta u Ghawdex , fejn dawk kollha delettanti tal-karozzi gew ukoll m'wiegħdin trakka ġdida f'Hal Far.









Comments

Popular posts from this blog

L-10 mistoqsijiet (Journalism Studies)

L-Importanza ta' Dunstan Vella fit-tim ta' Hibernians

Frame football f'Malta