X'inhu għaddej bħalissa fil-klabb ta' Manchester United ?

Wara telfa gewwa Anfield bl-iskor ta 3-1 fl-2018, Jose Mourinho sfaxxa mkeċċi mil-kariga ta' Head Coach wara perjodu hażin li ħalla lir-Red Devis fi tmien post. Wara diskussjonijiet bejn id-diriġenti, Ole Gunnar Solskjaer ntlaħaq bhala l-kowċ il-ġdid ta' Manchester United sa' l-aħħar ta' l-istaġun tal-2018/2019. Wara wirijiet sodisfaċċenti speċjalment kontra Tottenham Hotspurs u Paris Saint Germain, Solskjaer ġie offrut kuntratt ta' 3 snin bl-għażla li jestendi għal sena oħra.

Manchester United spiċċaw fil-ħames post f'dak l-istaġun fejn ikkonfermat post fil-kompetizzjoni ta' L-Europa League. Ma kienx tmiem mill-aqwa ghar-Red Devils, pero kien aċċettat il-fatt li dan kien l-ewwel nofs staġun ta' Solskjaer  u kien deċiz li ser jingħata il hin kollu possibli sabiex jerga jtella lil United lura fejn jistħoqilom.



Fl-ewwel suq ta' transferimenti, Solskjaer rnexxielu jikkonvinci players bħal Harry Maguire u Aaron Wan-Bissaka fejn ingħaqdu ma' Manchester United ghas-somma totali ta' 130m sterlina mingħand Leiecster City u Crsytal Palace rispetivvament. Daniel James ingħaqad ukoll mar-Red Devils ghas-somma ta' 15m sterlina mingħand Leeds United.

Tul dak l-istaġun , Manchester United għaddew minn perjodi ta' riżulatiti pożżitivi u kif ukoll negattivi fejn bdew jinħoqu dibattiti jekk Solskjaer huwiex kapaċi biżżejed sabiex jirbaħ it-tazzi kollha possibli. Manchester United spiċċaw fit-tielet post dak l-istaġun , wara li f'Jannar seħħ l-akkwist importanti tal-midifleder Bruno Fernandes. Bla dubju, Fernandes kien revoluzzjoni ghat-tim fej skurja tmien gowls f'erbatax il-partita u assista 7 gowls ukoll. 



L-istaġun tal-2020/21 kien wieħed sodisfaċċenti ghal-klabb fejn rnexxielom izommu ċertu konsistenza tul l-istaġun fej spiccaw fit-tieni post. L-akkwisti kienu daqxejn limitati hekk kif minħabba l-pandemija, ħafna klabbs sofrew finanzjarment wieħed minnhom kien Manchester United. L-akkwist li saru kienu Edinson Cavani, Donny Van De Beek, Alex Telles, Facundo Pellistri u Amad Diallo Traore.

Dan l-istaġun, seħħu akkwisti kbar li zgur kienu se jkunu revoluzzjoni ghat-tim, fosthom Cristiano Ronaldo, Raphael Varane u Jadon Sancho. Pero , il-kriżi li hija għaddejja gewwa l-klabb Ingliż hija qawwija. Rapport fl-Ingilterra sostnew li Solskjaer tilef id-''dressing room'' wara il-partita kontra Liverpool li spiċċat fl-iskor ta 5-0. 

Jihder ukoll li ċertu players ikonfrontaw lil Solskjaer fuq  deċizjonijiet li ħa fosthom li lagħab lil ''captain'' ta' tim Harry Maguire wara li kien għadu qieghed jirkupra min injury f'saqajh. S'issa kollox qiegħed jindika li l-maniġer Norveġiż ser jingħata l-aħħar ċans nhar is-sibt li ġej kontra Tottenham Hotspurs. Telfa tpoġġi l-futur tiegħu f'riskju ikbar fejn ga tilef is-sapport ta' hafna mis-sapporters tar-Red Devils. S'issa ghad m'hemm xej konkrett pero l-mainġer favorit li jiħodlu postu huwa l-eks kowċ ta' Chelsea u Juventus, Antonio Conte.



Comments

Popular posts from this blog

L-10 mistoqsijiet (Journalism Studies)

L-Importanza ta' Dunstan Vella fit-tim ta' Hibernians

Frame football f'Malta