Meta ngħidu l-kelma ambjent, l-ewwel ħsibijiet tagħna għandom jkunu kif ser jirnexxielna nzommu konsistneza biex nzommuh fl-aqwa stat possibli ghal tul ta' zmien.
Hawn taħt ħa nuru l-isbuħija li għandna f'pajjizna, kemm fejn jidħlu ġonna u kif ukoll l-apprezzament tagħna lejn l-ibħra.
Il-poplu Malti u Għawdxi gieli jinjora l-postijiet meħtiega fejn għandu jintrema l-iskart, u l-hsara tibqa tikber mingħajr għarfien ta' xejn. Ta' min jinnota ukoll li tniġġis fl-arja u sustanzi kimiċi jikkawzaw stress u jaffetwaw is-saħħa bl-agħar mod possibli.
Fil-filmat li qed jintwera hawnhekk, juri dak li hu meħtieg biex wieħed juża l-ambjent bl-aħjar mod possibli u mhux neqirdu dak li hu tajjeb.
Nagħtu ezempju bl-għelieqi , fejn f'dawn il-postjiet il-pubbliku mandux jarmi l-iskart tiegħu allarieda minħabba l-ezistenza li tkun qed tigi ikkawzata mingħajr skop. Bħala poplu, rridu ningħaqdu bħala familja wahda sabiex dawn l-għelieqi nzommuhom fl-aqwa stat possibli , kif ukoll jekk naraw lil xi ħadd jarmi f'dawn l-inhawi, mmoru fuqu u nwaqfuh milli jagħmel dan il-pass biex niprevenu l-ħsara li tista tinħoloq.
Naraw l-ibħra tagħhna, fejn qiegħed jintrema ammont sostanzjali ta' skart bla uzu go fihom. Meta naraw il-baħar nadif u l-kulur ta lewn blu jispikka fih, hija ta sodisfazzjon għal kullhadd ghax juri li dawk is-sagrificcji zgħar li narmu l-iskart fejn hu meħtieg juri kemm il-poplu Malti huwa magħqud.
L-ghejxien tagħna jitnaqqas meta narmu fil-baħar, nkunu qiegħdin innaqsu ir-rizorsi tagħna bħal ilma frisk li jista jiġi iffiltrat bir-reverse osmosis, u kif ukoll prodotti ta' l-ikel minhabba in-nuqqas ta ilma li jkollna. Biex jkolna għajxien tajjeb , dawn ir-rizorsi rriduhom ta' kuljum hekk kif il-bniedem jirrikjedi li jkollu x'jiekol u x'jixrob.
Ma ninsewx il-ġonna, post fejn ghandna nkunu kburin bis-sodisfazzjon li xi hadd jhoss meta jzur wiehed minnhom. Il-bniedem jirnexxilu jirrilassa u jinsa il-mumenti diffiċli li jkun qiegħed għaddej minnhom meta jħares lejn is-sbuħija u l-kulurtezza tagħhom.
Comments
Post a Comment