X'inhu għaddej bħalissa fil-klabb ta' Manchester United ?
Wara telfa gewwa Anfield bl-iskor ta 3-1 fl-2018, Jose Mourinho sfaxxa mkeċċi mil-kariga ta' Head Coach wara perjodu hażin li ħalla lir-Red Devis fi tmien post. Wara diskussjonijiet bejn id-diriġenti, Ole Gunnar Solskjaer ntlaħaq bhala l-kowċ il-ġdid ta' Manchester United sa' l-aħħar ta' l-istaġun tal-2018/2019. Wara wirijiet sodisfaċċenti speċjalment kontra Tottenham Hotspurs u Paris Saint Germain, Solskjaer ġie offrut kuntratt ta' 3 snin bl-għażla li jestendi għal sena oħra. Manchester United spiċċaw fil-ħames post f'dak l-istaġun fejn ikkonfermat post fil-kompetizzjoni ta' L-Europa League. Ma kienx tmiem mill-aqwa ghar-Red Devils, pero kien aċċettat il-fatt li dan kien l-ewwel nofs staġun ta' Solskjaer u kien deċiz li ser jingħata il hin kollu possibli sabiex jerga jtella lil United lura fejn jistħoqilom. Fl-ewwel suq ta' transferimenti, Solskjaer rnexxielu jikkonvinci players bħal Harry Maguire u Aaron Wan-Bissaka fejn ingħaqdu ma' Mancheste...