L-impatt tal-midja soċjali fuq il-ġurnalisti
Il-midja soċjali minn dejjem kienet post fejn ikun hemm kummenti pożittivi u kif ukoll dawk negattivi li joħolqu battibekki qawwija bejn il-gurnalisti u l-udjenza. F'din il-perspettiva, in--nisa jiġu attakati fil-ħajja ta' kuljum fuq il-midja soċjali, fejn saħansitra ċertu nies jingħalqu fihom infushom u jagħmlu atti ta' vjolenza lilhom infushom stess. Fuq il-midja soċjali, speċjalment fuq is-siti Tiktok u Instagram naraw ħafna kummenti ta' dan l-istil bl-aktar li jigi mmirat lejn il-mara milli lejn ir-raġel għaliex il-mara ġieli tingħata ċertu attenzjoni żejda iktar milli tkun tixtieq hi. F’intervista ma' Chris Falzon, ġurnalist sportiv ma' TVM , iddiskutejna l-impatti pożittivi li tħallilek il-midja soċjali u kif ukoll in-negattivita' li tista taffetwa l-persuna għal ħajjitha kollha. Falzon saħaq li l-midja soċjali tagħti ħafna saħħa, speċjalment f'dawn l-aħħar żminijiet fejn l-użu tal-gazzetta naqas minħabba li ħafna nies saru jużaw l-midja soċ...